Ħarsa … fil-bogħod, fil-futur imbiegħed

Ser jirnexxielu l-bniedem xi darba jivvjaġġa lil hinn mid-Dinja u l-Qamar?

Tnax-il ruħ biss rifsu fuq il-Qamar, fis-snin 60 u 70. Minn dakinhar ‘l hawn, ma rsaqniex iżjed ‘il bogħod minn madwar 450 kilometru mid-Dinja.

Il-vjaġġi fl-ispazju lejn pjaneti oħra ma jistgħux isiru faċilment għax hemm sfidi kbar teknoloġiċi x’jingħelbu, riskji kbar u spejjeż enormi x’jitħallsu.

Iżda ma naqtgħux qalbna. X’taħseb?